Se jinbeda x-xogħol sabiex l-istrateġija nazzjonali dwar il-kriminalità tiġi implimentata biex tassigura li l-istrateġija tal-kriminalità u l-aggressur tissaħħaħ mid-dipartiment li qed jippilotaha.
Se jitkompla l-programm ta’ riabilitazzjoni tal-priġunieri b’enfasi fuq taħriġ akkademiku u taħriġ extra-kurrikulari sabiex il-priġunier joħroġ mill-Faċilità Korrettiva ppreparat biex jiffaċċja r-realtajiet tas-soċjetà. Se jitwaqqaf tim multi dixxiplinarju sabiex tingħata attenzjoni psikoloġika, soċjali, edukattiva u finanzjarja ħalli l-priġunier joħroġ ippreparat sew wara li jkun skonta s-sentenza.
Se jsiru laqgħat ma azjendi privati bit-tir li priġunier jintegra ruħu fid-dinja tax-xogħol malli joħroġ mill-Faċilità biex b’hekk jakkwista l-indipendenza finanzjarja u jibda jibni ħajtu mill-ġdid.
Apparti minn hekk se jkun qed jitkompla l-investiment fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’rinovar ta’ żewġ Diviżjonijiet, installar ta’ scanning machines, bini ta’ kċina ġdida u kwartieri ġodda għal professjonisti li jagħtu s-servizzi tagħhom fil-Faċilità.
Se tkun qed titlesta s-sistemna ta’ sigurtà li tinkorpora fiha għadd konsiderevoli ta’ kameras tas-sigurtà.