Il-Bord tal-Ippjanar qabel favur li l-Kumpless Sportiv tal-Università f’Tal-Qroqq jiġi aġġornat b’faċilitajiet ġodda.
L-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport (IPES), se jieħu post il-Gymnasium Alumni eżistenti.
Il-binja l-ġdid se tinkludi sitt qrati courts, doċċi u faċilitajiet anċillari, swali sportivi b’aktar minn għan wieħed, kmamar għall-lectures, laboratorji ta’ riċerka u uffiċċji.
Ser jinbena wkoll post għall-ispettaturi; li se jkollu biżżejjed postijiet biex jakkomoda 600 spettatur bil-qiegħda fuq il-livell t’isfel u 416 oħra fuq il-livell ta’ fuq. Ser tiġi żviluppata wkoll korsa għat-tlielaq, doċċi, żewġ laboratorji u kmamar ta’ riabilitazzjoni.
L-art tal-futbol eżistenti se tiġi rranġata flimkien ma inklużjoni ta’ korsa ġdida tal-atletika bi tmien karreġġjati għal standards internazzjonali.