Il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien hija waħda frekwentata ħafna u fl-aħħar ġimgħat tlestew għadd ta’ faċilitajiet ġodda. Fosthom latrini moderni, walk way fuq il-bajja għal aktar aċċessibiltà u kontenituri taż-żibel iktar moderni u li jifirdu l-iskart.
Meta żar dawn ix-xogħlijiet il-Ministru Anton Refalo qal li hu jemmen li l-bajjiet ta’ pajjiżna għandhom rwol importanti fis-settur turistiku.
“Dan jgħabbina b’aktar responsabbiltà biex mhux biss inżommu dak li għandna, iżda naħdmu biex nibqgħu kompetittivi ħalli nkunu f’pożizzjoni li negħlbu l-isfidi,” qal Refalo li ħeġġeġ lill-pubbliku biex iżur id-diversi bajjiet sbieħ li f’Għawdex waqt li jieħdu ħsieb l-ambjent u jżommu nadif.