Il-kumpanija Facebook ser tniedi kampanja rigward il-litteriżmu fil-midja sabiex jiġi indirizzat it-tixrid ta’ miżinformazzjoni dwar il-vaċċin tal-Coronavirus.
Dan isegwi dak li qal il-Ministru Ingliż responsabbli mill-vaċċin Nadhim Zahawi x-xahar li għadda fejn qal li l-Gvern tal-pajjiż kien qed jiġġieled dan it-tsunami ta’ miżinformazzjoni kif ukoll il-pandemija nnifisha.
Facebook kien ġa ħabbar li ser jkun qed jipprojbixxi informazzjoni falza dwar il-vaċċini tal-Covid-19 iżda wissa’ li ma jistax jidħol fis-seħħ dan l-infurzar mil-lum għal għada.
Issa, flimkien mal-organizzazzjoni indipendenti tal-verifika ‘Full Fact’, dan il-ġgant tal-midja soċjali se jkun qed imexxi serje ta’ riklami online matul ix-xahar id-dieħel.
Dan sabiex iħeġġeġ lin-nies li jużaw Facebook biex jitgħallmu jidentifikaw stejjer foloz dwar il-Covid-19 billi jimxu ma’ tliet prinċipji.
Il-prinċipji huma li wieħed għandu jiċċekkja s-sors billi jiskrutinizza l-kontenut anke jekk jidher li hu bbażat fuq ix-xjenza.