Kumpanija li ntqal li kienet għenet lil Donald Trump jirbaħ l-elezzjoni tal-Istati Uniti fl-2016 ġiet sospiża minn Facebook.Fiċ-ċentru ta’ din l-aħbar hemm il-professur fl-Università ta’ Cambridge Aleksandr Kogan li, skont Facebook, għamel app li tiġbor informazzjoni dwar il-personalità tal-bnedmin u li liema informazzjoni kienet tinbiegħ lil kumpaniji oħra.
Facebook qal li waslu rapporti għandha li Cambridge Analytica u oħrajn ma ħassrux l-informazzjoni kollha li kienu kisbu bi ksur tal-linji gwida ta’ Facebook.
S’issa ma kien hemm ebda reazzjoni minn Cambridge Analytica.