Wara li riċentament il-midja rrapportat kif għadd ta’ persuna ħaduha ħażin meta numru ta’ inċidenti ġew imxandra b’mod dirett fuq Facebook Live, il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg ħabbar li se jkun qed jimpjega 3,000 impjegat ġdid matul din is-sena sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-kontenut u kif ukoll ineħħu filmati li huma vjolenti.
Dan ħabbru permezz ta’ messaġġ li ħalla fuq is-sit soċjali Facebook fejn qal li minħabba każijiet riċenti, se jkunu qed jieħdu aktar miżuri biex isir monitoraġġ tajjeb sabiex jissalvagwardjaw il-komunità tagħhom.
Zuckerberg qal li t-tim ta’ Facebook irid li l-komunità fuq Facebook tħossha sigura u dan ikun possibbli biss jekk jirrispondu mal-ewwel.