Is-sit soċjali Facebook talab apoloġija għal traduzzjoni skorretta li għamel tal-isem tal-President Ċiniż Xi Jinping.
Dan l-iżball sar meta l-President Ċiniż jinsab fuq żjara statali fil-Myanmar biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali mal-mexxej tal-pajjiż Aung San Suu Kyi.
Facebook indirizza dan l-iżball u qal li kien żball tekniku. Kelliem għal Facebook qal li qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li ma jerġax isir dan l-iżball.