Facebook weħel multa ta’ €110 miljun miill-Unjoni Ewropea talli pprovdied “informazzjoni mhux korretta u li tiżvijja” meta xtara s-servizz tal-Whatsapp fis-sena 2014.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Facebook kien qal li ma jistax jissinkronizza l-profili tal-pjattaforma tiegħu flimkien mal-profili tal-Whatsapp b’mod awtomatiku.
Iżda sentejn wara tnieda servizz li jagħmel propju dan.
Facebook qal li dan l-iżball kien wieħed li ma kienx intenzjonat.