Fis-sitt jum tas-summit dwar it-tibdil fil-klima COP26 li qed isir fi Glasgow, l-enfasi se ddur fuq iż-żgħażagħ u l-involviment tal-pubbliku.
Intant, illum ukoll se jsiru protesti, fosthom marċ li fih se tieħu sehem Greta Thunberg, Attivista voċifera dwar it-tibdil fil-klima.
Iżda, l-protesti mhux biss se jsiru fit-toroq, imma anke online.
Dan fosthom minħabba t-tixrid ta’ informazzjoni skoretta dwar it-tibdil fil-klima. Fejn saħansitra, eluf ta’ artikli qarrieqa ġew imxerrda fuq is-siti soċjali, liema pjattaformi mmarkaw 10% biss minnhom li fihom kontenut falz.
Intant, Facebook wiegħed li se jkun qed iżid il-ħidma tiegħu biex jindika aktar liema informazzjoni tkun qarrieqa sabiex b’hekk jitnaqqas it-tixrid ta’ miżinformazzjoni.