Il-kumpanija Meta, li hija s-sid ta’ Facebook, Instagram u WhatsApp, ħabbret li se tnaqqas 10,000 impjieg.
Se tkun it-tieni serje ta’ sensji kbar mwettqa mill-ġgant teknoloġiku, li ssensja 11,000 impjegat f’Novembru 2022.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Meta Mark Zuckerberg qal li t-tnaqqis huwa pass iebes, u jifforma parti minn sena li fiha hemm bżonn li titħares l-effiċjenza fl-operat.
Minbarra l-10,000 impjieg li qed jintilfu, 5,000 rwol disponibbli fil-kumpanija se jitħallew mhux mimlija.
Permezz ta’ memo, Zuckerberg qal lill-ħaddiema li l-kumpanija sofriet minn “wake-up call umiljanti” fl-2022 meta rat tnaqqis fid-dħul.
‘Meta’ ħabbret qabel li, fit-tliet xhur sa Diċembru 2022, il-qligħ naqas b’4% sena wara sena – għalkemm xorta rnexxielha tagħmel profitt ta’ aktar minn $23 biljun matul l-2022.