In-numru tal-mejtin fuq Facebook qed jogħla b’mod allarmanti. Dan hekk kif sas-sena 2012, tmien snin biss wara li tnediet din il-pjattaforma, madwar 30 miljun persuna li kellha profil fuq Facebook b’xi mod jew ieħor kienet mietet. Dak in-numru kiber ferm iktar minn dak iż-żmien ‘l hawn, hekk kif estimi juru li madwar 8,000 persuna li tagħmel użu minn Facebook tmut kull ġurnata.
Meta wieħed joqgħod jaħseb dwar dan il-fenomenu mhux tant mitkellem, xi ġurnata minn dawn, jaf ikun hemm ferm iktar profili ta’ nies li mietu milli ta’ dawk li għadhom ħajjin.
Facebook qed isir ċimiterju diġitali li jum wara jum qed jikber. Hekk intqal fi storja rebbieħa li ġiet ippubblikata fuq is-sit tal-BBC.
Illum il-ġurnata meta persuna li jkollha profil fuq Facebook tmut, il-familjari tagħha għandhom iċ-ċans li jbidluh f’post ta’ memorja fejn tiżdied il-kelma “Niftakru” fuq l-isem tal-persuna sabiex ħbieb u viżitaturi jkunu jafu li din il-persuna m’għadiex magħna.
Dan hekk kif mbad il-profil jinbidel f’tip ta’ obitwarju diġitali, b’ritratti, messaġġi u mumenti li jibqgħu turija tal-ħajja li darba kienet.