Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar approvat permess ta’ żvilupp għal xogħlijiet ta’ restawr li għandhom jitwettqu fuq il-faċċata tal-knisja ddedikata lil San Mark fir-Rabat.
Ix-xogħlijiet ta’ restawr se jinkludu t-tneħħija ta’ kull metall, kejbils tal-dawl mejta u siment filwaqt li jindirizzaw ukoll id-deterjorazzjoni tal-ġebel kkawżat mill-elementi.
Ix-xogħlijiet se jsiru f’konformità mar-rapport dwar il-metodu ta’ restawr approvat u se jiġi segwit mill-uffiċjali ta’ konservazzjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar. Ir-rapport dwar il-metodu ta’ restawr ġie approvat mis-Supretendenza għall-Wirt Kulturali.
Il-kostruzzjoni tal-knisja, bbażata fuq disinn ta’ Girolomo Cassar, bdiet fl-1571 u tlestiet fl-1588. Għalkemm matul is-snin sar xi tibdil fid-disinn interjuri, l-istruttura oriġinali għadha dik ta’ Cassar. Il-knisja, li tifforma parti mill-monasteru Agostinjan hija mżejjna bil-portiku li jarrikkixxi l-faċċata armonjuża tagħha. Girolomo Cassar jidher li fassal il-faċċata tal-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat fuq eżempji ta’ Rinaxximent li kien espost matul l-istudju tiegħu f’Napli u f’Ruma. Internament, il-knisja għandha tqassim arkitettoniku sempliċi li tinkludi il-kursija, żewġ ali laterali u l-kor. Il-knisja hija msaqqfa fuq il-korsija wiesgħa permezz ta’ numru ta’ arkati, liema disinn kien minn ta’ l-ewwel f’Malta u huwa meqjus li serva ukoll bħala prototip għall-Katedral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, li ukoll kien sar minn Cassar.
Il-Knisja ddedikata lil San Mark fir-Rabat u l-monasteru li jmiss magħha huma proposti sabiex jiġu skedati