Mosta FC ma’ tantx sabu diffikulta sabiex jegħlbu lill-Qrendi 4 – 0 biex b’hekk għaddew għal kwarti finali tal-Meridianbet FA Trophy.
Il-Mostin fil-vantaġġ wara biss ftit sekondi, goal skorjat minn Chukwuemeka Junior Eke. Man-nofs siegħa logħob Jamie Scerri għamilhom 2 – 0 u eżatt qabel l-intervall Salomo Sakari Ojala kabbar il-vantaġġ għal 3 – 0.
It-tieni taqsima prattikament kienet formalita b’Mosta jkomplu jkabbru l-vantaġġ fit-80 minuta permezz ta’ Souleymane Kone għal skor finali ta’ 4 – 0.
Referee: Fyodor Zammit