L-Erbgħa filgħaxija intlagħbu sitt partiti mill-fażi tal-aħħar sittax tal-IZIBET FA Trophy biex b’hekk saru magħrufa t-timijiet li ser jilgħabu fil-kwarti finali.
Bla dubju l-attenzjoni prinċipali kienet fuq iż-żewġ partiti tal-iStadium Nazzjonali bit-tim ta’ Birkirkara jegħleb lil Balzan wara l-għoti tal-penalties filwaqt li Hamrun Spartans rebħu 2- 1 kontra Valletta. Il-konfront bejn il-ġirien Birkirkara u Balzan spiċċa fid-draw ta’ 2 – 2 u l-ħin addizjonjonali ma’ kienx biżżejjed sabiex jiġi determinat ir-rebbieħ. Minn naħa l-oħra Hamrun ġew minn wara sabiex dawwru r-riżultat favur tagħhom wara li kienu qed jitilfu 1 – 0.
Doppjetta ta’ Santiago Fabian Moracci waslet għal rebħa ta’ Marsaxlokk fuq Santa Lucia filwaqt li Gudja għelbu lil Sirens 1 – 0 grazzi għal gowl waħdieni ta’ Tatsuro Nagamatsu.
Hibernians għamlu ħerba minn Kerċem Ajax fejn rebħulhom 8 – 0 filwaqt li Gżira United ma’ sabux wisq diffikulta biex jerbħu kontra Qala Saints 3 – 0.
Iż-żewġ timijiet l-oħra li għamluha għar-rawnd li jmiss huma Mosta u San Ġwann li l-ġimgħa li għaddiet rebħu kontra Swieqi u Pieta rispettivament.