It-Tlieta filgħaxija intlagħbu erba partiti mill-fażi tal-aħħar sittax tal-IZIBET FA Trophy b’Marsaxlokk, Mosta, Floriana u Birkirkara jikkwalifikaw għal kwarti finali.
Marsaxlokk rebħu 3 – 0 kontra Swieqi United grazzi għal goals ta’ Yuri De Jesus Messias fis-26 minuta u doppjetta ta’ Sunday Akinbule fil-52 u 60 minuta rispetivament.
Mosta kwalfikaw għal fażi li jmiss b’rebħa ta’ 2 – 1 fuq Valletta FC. Maxmillian Ugochukwu Ihekuna poġġa lill-Mosta fil-vantaġġ wara kwarta logħob b’Chidera Henry Nwoga jagħmilhom tnejn appena għaddew in-nofs siegħa logħob. Valletta naqqsu d-distakk kwarta mit-tmiem grazzi għal Diego Cardoso Nogueira.
Birkirkara kellhom jitħabtu biex jeliminaw lill-Sirens tant li l-partita kellha tmur għal ħin barrani. L-eroj tal-stripes kien Omar Elouni li fil-111 il-minuta skorja l-goal ta’ kwalifikazzjoni.
Min naħa l-oħra faċli għal Floriana li kontra Żebbuġ Rangers rebħu 7 – 1. Owen Spiteri poġġa lill-greens fil-vantaġġ wara nofs siegħa logħob iżda eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Żebbuġ ġabu d-draw grazzi għal Duvan Mosquera Torres. Floriana kienu superjuri fit-tieni taqsima fejn irnexxilhom jiskorjaw sitt goals. Kemar Reid irreġistra hat-trick (57, 70 u 75) bit-tlett goals l-oħra jaslu minn Matias Nicolas Garcia (60), Kyrian Nwoko (62) u Christos Rovas (77).
Matul il-ġurnata tal-Erbgħa jintlagħbu erba partiti oħra bl-aħħar konfront minn din il-fażi jintlagħab il-Ħamis.