Hamrun Spartans kisbu post fis-semi-finali tal-MeridianBet FA Trophy meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0.
Hamrun fetħu l-iskor wara kwarta logħob meta Mihana għadda tajjeb lejn RAPHAEL LOPES SILVA li avvanza tajjeb fil-kaxxa u qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper tal-Wanderers, Kelvin Emeka Agu.
Fis-27 minuta, huma rduppjaw l-iskor meta l-Kroat Roko serva fuq platt tal-fidda lill-Bolivjan Cesar Menacho u qabeż lil Murillo li b’xutt b’saħħtu ra l-ballun jaħbat mal-minduda qabel intemm għand RAPHAEL LOPES SILVA li bir-ras kompla għal gewwa, biex b’hekk irreġsitra doppjetta personali.
Sliema wieġbu għall-ewwel darba fit-33 minuta, permezz ta’ xutt ta’ Geoffrey Edwin Acheampong minn barra l-kaxxa li ntemm għoli.
Fit-53 minuta, xutt ta’ Mohamed Awad dejjem għall-Wanderers ġie salvat atjjeb mill-goalkeeper tal-Isprtans, Henry Bonello.
Fit-73 minuta, Sliema resqu viċin illi jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Wescley ħabat mal-wieqfa qabel intemm għand player ta’ Sliema li b’xutt mal-ewwel sab lil Bonello attent.
Fit-93 minuta, il-Wanderers spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Acheampong intwera it-tieni karta safra fi spazju ta’ żewġ minuti, bit-tieni waħda jirċeviha wara foul li wettaq fuq Joseph Essien Mbong.
Referee: Fyodor Zammit