Birkirkara kisbu post fil-kwarti tal-finali tal-Meridianbet FA Trophy b’rebħa konvinċenti fta’ 3-0 fuq Fgura United.
Birkirkara fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-seba’ minuta meta Paul Mbong approfitta minn żball fid-difiża ta’ Fgura United u b’xutt sabiħ għeleb lill-goalkeeper ta’ Fgura, Yenz Cini. Huma rduppjaw l-iskor fis-16-il minuta, meta Makoma b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa ma ta l-ebda ċans lil Cini.
Fis-37 minuta, Birkirkara tilfu ċans tad-deheb li jagħmluhom tlieta meta Paul Mbong minn pożizzjoni ideali, kellu x-xutt tiegħu jintemm barra. Fil-41 minuta, Lacunza kellu x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner bi bravura minn Cini.
Fil-50 minuta, Fgura kellhom ċans tajjeb li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta Akande Caleb tefa’ barra. Birkirkara issiġillaw ir-rebħa minuta biss wara meta Alex Satariano b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Emanuel Grech