Illejla l-Oppożizzjoni Nazzjonalista telqet il-barra mill-Parlament. Dan l-għada li fil-Parlament qalet li riedet ġurnata oħra biex tiddiskuti l-kuntratt ta’ City Centre biex tanalizza d-dokumenti li kien qed jippubblika l-gvern.
Il-gvern qabel ma’ din it-talba u 24 siegħa wara l-Parlament iltaqa’ biex tkun ippreżentata l-istqarrija ministerjali u jsiru mistoqsijiet dwarha. Iżda, il-Kap tal-Oppożizzjoni qam biex jgħid li se jitlaq ‘il barra għax reġa’ sostna li ma jirrikonoxxix lill-Ministru Mizzi.
Il-Prim Ministru nnota kif l-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil bidlet il-pożizzjoni tagħha mill-bieraħ għal lum. “Wara li lħaqna ftehim 24 siegħa ilu mar lura minn kelmtu,” qal il-Prim Ministru.