F’nofsinhar il-Pulizija ressqet persuna oħra l-Qorti b’rabta ma’ investigazzjoni dwar traffikar ta’ immigranti llegali f’pajjiżna.
Dan wara li fl-aħħar jiem il-Pulizija investigat id-dħul ta’ numru ta’ persuni f’pajjiżna b’mod illegali. Il-każ seħħ fil-bajja ta’ Dellimara bejn it-13 u l-14 ta’ Settembru 2022. Wara li l-pulizija ssejħu fuq il-post, l-attenzjoni tal-investigazzjoni iffokat ukoll fuq min seta’ kkordina biex seħħ dan l-iżbark
Fil-fatt, jumejn ilu, infetaħ il-Qorti b’urġenza hekk kif b’rabta ma’ din l-investigazzjoni tressaq Sirjan ta’ ħamsin sena quddiem il-ġustizzja.
Huwa ntbagħat 13-il xahar ħabs wara li ammetta għall-akkużi ta’ traffikar uman ta’ immigrant llegali f’pajjiżna. Din is-seduta saret fil-magħluq fuq talba tal-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts sabiex ma jiġux imxekkla l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.