Bil-għan li s-servizzi kollha jkunu taħt saqaf wieħed, l-uffiċini tat-Telecare ċċaqalqu minn Fleur-de-Lys għal Ħal Qormi.
Dan bħala parti minn investiment li ra wkoll introduzzjoni ta’ teknoloġija aktar moderna u generators biex f’kaz li jmur id-dawl, is-servizz jibqa’ għaddej.
Dan hekk kif is-servizz tat-telecare huwa servizz 24 siegħa kuljum u jaqdi l-bżonnijiet urġenti tal-anzjani.
F’sena, jidħlu madwar 170,000 telefonata, li 11,000 minnhom ikunu urġenti.
Il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, Renzo Degabriele, spjega li s-servizz tat-telecare huwa essenzjali għaliex bih tingħata l-possibilità li l-anzjani jibqgħu fil-komunità. Dan hekk kif jafu li jekk jagħfsu buttuna, se jkollhom lil xi ħadd jgħinhom mill-ewwel.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Silvio Parnis, qal li bit-telecare, l-anzjani jistgħu jibqgħu jgħidu waħedhom u jħossuhom siguri. Għaldaqstant dan huwa servizz li l-Gvern irid jinvesti fih u jsaħħu.