Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal kif mill-bieraħ, dawk ir-ristoranti u bars li jaċċettaw biss nies imlaqqma, bdew igawdu minn tnaqqis fir-restrizzjonijiet.
Id-Deputat Prim Ministru ħabbar kif fl-ewwel jum applikaw għoxrin stabbiliment.
Chris Fearne qal kif għada se jsir l-ewwel proġett pilota t’attività tal-massa.
Id-Deputat Prim Ministru qal kif dawn il-proġetti pilota se jwasslu biex jiddeċiedu fuq x’attivitajiet għandhom isiru fi żmien il-festi tal-Milied.