Malta hija waħda minn 3 pajjizi li qed jipparteċipaw fil-programm ta’ skambju ta’ żgħażagħ ta’ Erasmus+, bl-isem ta’ ‘The Power of Tolerance’ (TPOT).
Dalgħodu ż-żgħażagħ Maltin flimkien ma’ oħrajn mill-Maċedonja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Rumanija ltaqgħu mal-Ministru Helena Dalli.
Il-Ministru Dalli saħqet li huwa ta’ sodisfazzjon li l-fondi tal-gvern qed iservu biex jgħaqqdu żgħażagħ minn pajjiżi differenti f’programmi li jippromwovu l-għaqda fost id-diversità. Ħidma li tingħaqad mal-isforzi tal-gvern Malti stess, għalhekk irrimarkat kif l-iskambju taż-żgħażagħ serva wkoll ta’ vettrina għall-ħidma tal-gvern fil-qasam tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza.
Helena Dalli qalet liż-żgħażagħ li m’għandniex nitkellmu dwar ‘tolleranza’ iżda dwar proċess edukattiv li għandu jwassal għal bidla fil-mentalità fejn kulħadd jitqies ugwali.
Iż-żgħażagħ li qed jipparteċipaw f’TPOT kellhom l-opportunità li jiddiskutu diversi suġġetti ma’ ċittadini Maltin f’diversi rħula.
Dan il-proġett għaqqad 40 żagħżugh u huwa twil sitt xhur. L-għan ta’ TPOT huwa li jqajjem kuxjenza fost żgħażagħ li ġejjin minn minorita dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, iħeġġeġ iż-żgħażagħ jiehdu rwol attiv fil-komunità, jgħaqqad żgħażagħ minn komunitajiet u fehmiet differenti flimkien u jikkrea spazju ta’ djalogu.