Matul il-lejl li għadda, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxi mid-Direttur is-Sur Emanuel Psaila żamm eżerċizzju ta’ simulazzjoni spontanju sabiex jiġu evalwati l-availabilty u r-response time tad-Dipartiment f’każijiet ta’ diżastri.
Dan bil-għan li l-pajjiż ikun iktar preparat għal dawn l-eventwalitajiet.
F’dan l-eżerċizzju kienu involuti l-membri kollha tal-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll Transport Malta.