Għada filgħodu l-5 ta’ Lulju ser isir eżerċizzju ta’ rutina għas-sigurta’ b’kollaborazzjoni bejn San Lucian Oil Company Port Facility, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija ta’ Malta u Transport Malta.
Għal dan il-għan, Triq il-Qajjenza ser tingħalaq għat-traffiku bejn l-10.00 ta’ filgħodu u nofsinhar. It-trasport pubbliku u l-coaches mhux ser jiġu affettwati. Bħala miżura ta’ sigurta’, mhux permess li l-pubbliku jkun viċin iż-żona għalhekk bejn l-10.00 ta’ filgħodu u nofsinhar mhux permess għawm, sajd u ankraġġ tal-opri tal-baħar fl-inħawi tal-bajja ż-żgħira tal-Qajjenza.
Il-pubbliku huwa mitlub isegwi wkoll l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post.