Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mexxa eżerċizzju ieħor, bħala parti mill-istrateġiji lokali għal rispons ta’ eventwalità fejn pajjiżna jintlaqat minn tsunami. L-eżerċizzju, li ġie kkordinat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, bl-appoġġ tad-Dipartiment tal-Ġeoxjenza tal-Università ta’ Malta, sar it-Tlieta filgħodu f’Marsaxlokk.
Fuq il-post bdew jsiru l-preparamenti għal din l-assimilazzjoni minn kmieni filgħodu, b’vetturi apposta bl-apparat meħtieġ biex jimitigaw it-tsunami f’każ ta’ emerġenza lokali.
L-għan ta’ dan l-eżerċizzju kien primarjament biex l-awtoritajiet u l-poplu Malti jkunu mħejjijin biżżejjed għal din il-possibbiltà.
Bħala parti mill-eżerċizzju, indaqqu s-sireni madwar il-lokal kollu u beda x-xogħol ta’ evakwazzjoni, waqt li ħaddiema tal-emerġenza assistew fuq il-post waqt li beda jiġi attwat il-protokoll tal-komunikazzjoni maċ-ċivili.
L-eżerċizzju involva wkoll kull dettall, inkluż it-trasport sigur ta’ grupp ta’ tfal tal-iskola.
Fid-diskors tiegħu, l-uffiċjal enfasizza fuq il-jedd ta’ stħarriġ indirizzat biex jippreparana fl-eventwalità ta’ tsunami. Fl-isforzi li qed isiru kemm min-naħa tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll min-naħa tad-Dipartiment tal-Ġeoxjenza fl-Università, il-kontravenzjonijiet qegħdin fis-seħħ u ż-żewġ dipartimenti qed jaħdmu id f’id biex isibu soluzzjonijiet immedjati, bl-għajnuna tal-apparat siewi.
Fuq l-istess nota, l-uffiċjal spjega Ii din ma kinitx l-ewwel darba li sar dan l-eżerċizzju li jiħodna lura sentejn ilu.
“Dan hu t-tieni eżerċizzju, li għadda kien madwar sentejn ilu, fejn il-forzi tal-ordni jistħarrġu, jittrenjaw kif se nilqgħu f’każ li jkollna xi inċident ta’ din id-dimensjoni”.
Fredrick Sammut – Uffiċjal tas-Salvataġġ
Sammut kompla wkoll li hu neċessarja li nsaħħu l-kapaċitajiet ta’ difiża personali ta’ residenti lokali kontra diżastri simili li jfixklu kull andament tal-ħajja normali.
Sadanittant, il-Professur Pauline Galea mid-Dipartiment tal-Ġeoxjenza tal-Università ta’ Malta, tkellmet dwar dak kollu li jkun meħtieġ fi provvisti ta’ eżerċizzju nazzjonali simili.
PAULINE GALEA
PROFESSUR
“L-iskop hu biex jittestjaw il-komunikazzjoni bejn il-pajjiżi, bejn dawn li ngħidulhom tsunami service providers, jiġifieri diġà sar darb’oħra, u jsir regolari dan l-eżercizzju u qed jgħin ħafna biex il-Protezzjoni Ċivili kif ukoll l-Università, li taħdem magħhom, jistgħu jittestjaw il-proċeduri tagħhom”.
Pauline Galea – Professur
Il-Professur semmiet ukoll l-importanza ta’ proċedura regolari ta’ ġbir ta’ informazzjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni ta’ tip ta’ tsunami, li jistgħu jinħolqu ’l barra mix-xtut ta’ pajjiżna.