Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija biex jgħid li ħadd m’għandu jkun ‘il fuq mil-liġi. Iżda, ħadd mhu se jemmen li Delia tassew jaħseb hekk. Dan għax l-erba’ firmatarji tal-istqarrija huma eżempju klassiku ta’ min jaħseb li hu ‘l fuq mill-liġi. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista. Fi stqarrija l-PL qal li Adrian Delia għamel żmien twil ma jħallasx it-taxxa kif hu mistenni minn kull ċittadin onest. Toni Bezzina abbuża mill-pożizzjoni pubblika tiegħu tant li ġiegħel ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza. Xi ħaġa li kkonfermat il-Qorti. Jason Azzopardi aġevola lil min ried b’art pubblika tant li l-Awditur Ġenerali qallu biex jerfa’ r-responsabbiltà
Spjega kif Marthese Portelli aġixxiet b’mod li qajjem mistoqsijiet kbar meta kienet fuq il-bord tal-Wastserv u fost oħrajn ħadet allowance li ma kinetx intitolata għalih.
Il-PL qal li tassew il-Partit Nazzjonalista għandu problema ta’ kredibbiltà meta jitkellem dwar min hu ‘l fuq mil-liġi.
Kompla billi qal li f’kull każ imsemmi gawdew id-deputati msemmija, nies qrib tagħhom jew il-Partit Nazzjonalista.
Temm billi qal li bil-proġett tal-Balal li ħareġ jattakka Delia se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.