L-għaqda studenteska Pulse, ħatret Eżekuttiv ġdid, b’Gabriel Camilleri li se jmexxi din l-għaqda bħala President.
Din il-laqgħa ġenerali, ittellgħet fl-Università ta’ Malta, fejn ir-rapport amministrattiv ġie approvat unanimament.
Waqt din il-laqgħa, il-President preċedenti, Karl Schembri għamel id-diskors tiegħu.
Flimkien ma’ Gabriel Camilleri, Kieran Muscat se jkun il-Viċi President, filwaqt li Amelia Cauchi se tkun is-Segretarju Ġenerali.
Camilleri stqarr li jixtieq li l-PULSE tkun aktar voċifera, filwaqt li tkun pijuniera biex jibqa’ jissoda l-attiviżmu.
Qal ukoll li jixtieq jara Pulse eqreb tal-istudent u iżjed politika, u li tkun l-għaqda li tqajjem diskussjonijiet fuq suġġetti anke sensittivi.
Dan l-Eżekuttiv se jkun magħmul ukoll minn: Yan Trovato, Hayden Pesci, Marcella Scicluna, Aidan Falzon, Waylan Camilleri Axisa, Sarah Farrugia, Angelica Azzopardi, Matthew Camilleri, Felippe Bugeja, Michela Mormina, Larissa Muscat u Juan Carlos Camilleri.
![](https://scontent.xx.fbcdn.net/v/t1.15752-9/462585722_8847185812030142_4992818939939700336_n.jpg?_nc_cat=109&ccb=1-7&_nc_sid=0024fc&_nc_ohc=6_dRdXZesGsQ7kNvgHrRWfL&_nc_ad=z-m&_nc_cid=0&_nc_zt=23&_nc_ht=scontent.xx&oh=03_Q7cD1QEFiIS2i3MdUZtZue6kzt_oYvG8cnzHqrFU6-dlWLuEDg&oe=677BE14A)