L-istudenti tal-Media fl-Mcast l-istitut tal-Arti Kreattiva se jippreżentaw ix-xogħol tagħhom f’attivita’ li ta’ kull sena tattira bosta nies. Din is-sena l-istudenti kellhom jagħmlu filmat mużikali bil-lingwa Maltija. Dan il-proġett kien b’kolloborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
L-għan ta’ dan il-proġett sar biex nagħtu aktar importanza l-lingwa Maltija u fl-istess ħin l-istudenti tal-iskejjel Sekondarji madwar Malta jieħdu l-lezzjoni tal-Malti b’aktar interess.
L-istudenti għażlu uħud mill-aqwa kantanti stabbiliti f’pajjizna biex flimkien jaħdmu dawn il-filmati mużikali. Fost dawn il-kantanti nsibu lil Corazon Mizzi, Karen DeBattista, Marie Claire Attard, Joseph Refalo, Kantilena, Michela Galea, il-mibki Sammy Bartolo u ħafna ohrajn.
Ta’ kull sena l-Mcast torganizza l-esebizzjoni bix-xogħol tal-istudenti. Il-Ħadd 3 ta’ Lulju ser tittella din l-esebizzjoni fejn se jintwera ix-xogħol tal-istudenti tal-Media. Filfatt il-filmati mużikali ser jintwerew għall-ewwel darba fis-sala tal-MCAST, fl-Istitut tal-Arti Kreattiva l-Mosta mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem.
Fost il-mistednin se jkun hemm ir-Rappreżentant mid-Dipartiment tal-Malti David Muscat flimkien mal-lettur Ian Attard li ħa ħsieb dan il-proġett, kif ukoll il-kantanti kollha li ħadu sehem.
Fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar se jsir Forum fejn se jiġu mistiedna personalitajiet fix-xena tal-media lokali, kif ukoll bosta attivitajiet oħra fosthom 360 Music Video, demostrazzjoni mill-istudenti fl-istudio tat-televiżjoni tal-istitut, kif ukoll esperjenza “Drive in”, attività ċinematografika fil-miftuħ, li se ssir l-ewwel darba f’pajjiżna.