Issa li jistgħu jiżżewġu b’mod ‘normali’, din il-koppja ħatfet l-okkażjoni immedjatament.
Nicholas dan l-aħħar kiteb kemm ħassu mweġġa, għaliex membri tal-familja stess li attendew l-unjoni ċivili tagħhom, kienu kontra l-emendi fil-liġi taż-żwieġ. Urtat, huwa esprima ruħu permezz ta’ Facebook u qal li wieħed għandu verament jemmen li kulħadd huwa eliġibbli għall-imħabba bl-istess mod.
Malli għaddiet il-liġi, ħareġ bi proposti għaż-żwieġ, din id-darba mhux Unjoni Ċivili.
Aktar kmieni, Nicholas u żewġu Edward ippubblikaw ritratt li qabel kien għadu moħbi.