Mis-sena d-dieħla, se jitneħħa kompletament il-ħlas minn fuq l-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC. Ħabbar dan fid-diskors tiegħu l-Ministru Edward Scicluna fejn qal kif fi żmien sentejn ta’ din il-leġiżlatura, il-Gvern wettaq din il-wegħda hekk importanti.
Spjega kif matul is-sena skolastika li għaddiet, dan il-Gvern wettaq waħda mill-miżuri ewlenin ta’ din il-leġiżlatura; dik li l-ħlasijiet għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC bdew ikunu ta’ inqas piż fuq l-applikanti billi nofs l-ispiża ta’ dawn l-eżamijiet bdew jiġu mħallsa mill-Gvern.