Il-Qorti ordnat l-interdezzjoni perpetwa fil-konfront ta’ Martin Cilia la Corte wara li nstab ħati li kien involut fl-iskema tat-tbagħbis tal-ismart meters fis-sena 2014. Cilia li kien pumpier mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ngħata ukoll sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Huwa weħel ukoll multa ta’ €12,565 u 100 siegħa ta xogħol fil-komunità. Cilia tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ superviżjoni għal perjodu ta’ sentejn.
Huwa nstab ħati li kien jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-klijenti u uffiċċjali korrotti mill-Enemalta. Cilia qatt ma ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ammetta l-akkużi ta’ frodi miġjuba kontrih.
L-Enemalta għaddiet il-każ lil Pulizija lura fis-sena 2014 meta waslilha rapport li Cilia kien qed jitlob pagament li jvarja bejn €1200 u €5200 sabiex jiġu pprovduti meters tad-dawl li jnaqqsu mill-konsum li kien jintuża tal-elettriku.
Tlettax il-persuna li ammettew li kellhom meters imbagħbsa qalu lil Qorti li l-imputat kien avviċinahom sabiex jgħinhom itaffu l-problema ta konsum għoli tad-dawl. Dan kien tagħhom in-numru ta’ Paul Pantalleresco sabiex imur u jinstalla meters difettużi. Sid ta’ kumpanija li taħdem l-injam xehed kif Cilia kien mar il-ħanut tiegħu bħala xerrej imma wara li qabad diskussjoni relatata ma kontijiet għoljin mas-sid irnexxielu jikkonvinċieh jinstalla wieħed minn dawn il-meters wara pagament ta’ €1600.
Minkejja l-gravita tar-reat il-Qorti kkunsidrat li l-imputat ikkopera fl-istadji kollha tal-investigazzjzoni u għen biex tkompli tinkixef ix-xibka ta serq tal-elettriku. Għalekk il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tat is0sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin kif ukoll multa ta €12,565 flimkien ma 100 siegħa xogħol fil-komunità.