Skont l-ewwel indikazzjonijiet, il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern mistennija tirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Huwa mifhum li l-Partit Laburista mmexxi minn Ardern rebaħ b’50 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni li kellha ssir aktar tard mid-data oriġinali kawża tal-imxija.
Qed jiġi rrapportat li dan ir-riżultat inkiseb minħabba l-mod kif il-Prim Ministru mmaniġjat b’suċċess l-imxija tal-coronavirus fi New Zealand. Madanakollu, għad hemm dubju dwar jekk hijiex ser tirbaħ il-maġġoranza tal-Parlament, sitwazzjoni li s’issa għadha qatt ma ġrat fil-pajjiż.
Il-poplu ta’ New Zealand ivvota wkoll f’żewġ referenda: dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis u l-ewtenasja.