Il-Gvern Malti qal li minħabba ċ-ċirkostanzi li żviluppaw fit-Turkija safar lejn dan il-pajjiż għandu jkun evitat.
Fi stqarrija ntqal li Maltin li bħalissa qegħdin fit-Turkija m’għandhomx joħorġu mir-residenza jew lukanda tagħhom, ikunu viġilanti ħafna jekk ikunu viċin persuni militari, armati jew ta’ sigurtá.
Fl-istess ħin għandhom jinfurmaw lill-qraba li jinsabu tajjeb. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin waqqaf Ċentru ta’ Kriżi li wieħed jista’ jaqbdu fuq 80007 2203 minn Malta u +356 21242 1919 jew +356 2204 2200.