Li s-Sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, mhijiex aħbar, iżda li s-sħana se tkompli żżid hija l-aħbar għal bidu ta’ din il-ġimgħa. Is-sħana mistennija tkompli tippersisti fil-fatt, din il-ġimgħa se tkun ir-raba’ mewġa ta’ sħana għal dan is-Sajf bit-temperatura se tinħass 40°C.
It-tbassir tat-temp għas-sebat ijiem li ġejjin:
Id-Divisjoni tas-Saħħa dejjem tisħaq dwar l-importanza li f’dawn it-temperaturi, l-pubbliku jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf.
It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’ li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, persuni li qed ibgħatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa mportanti li:
• Jekk hu possibli wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm.
• Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew il-post tax-xogħol.
• Jixrob regolarment u jiekol ikel frisk.
• F‘każ ta’ dubju kkonsulta lit-tabib.