Diversi persuni qed jikkuntatjawna biex jgħidulna li l-Belt Valletta tinsab imwaħħla bi traffiku staġnat f’bosta postijiet.
Jirriżulta li kawża tal-inkjesta maġisterjali li qiegħda ssir fejn ftit ilu seħħ inċident li ħalla persuna fil-periklu tal-mewt, it-triq ta’ ħdejn id-dwana tinsab magħluqa u dan qed iwassal għal inkonvenjent kbir.
Fiċ-ċirkostanzi parir wieħed għandna: evitaw id-dawra tal-Belt.