Ftit tal-ħin ilu, għadu kemm seħħ inċident fi Triq l-Imdina Ħal Qormi li kkawża traffiku kbir fiż-żona. Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku biex tevita din iż-żona sakemm tagħmel l-investigazzjoni tagħha dwar il-każ filwaqt li l-vittma qed jingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post.
Il-Pulizija appellat biex is-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi.