Il-pulizija fl-Olanda arrestaw sebat irġiel fuq allegat pjan li jwettqu dak li ġie deskritt bħala attakk terroristiku kbir, li kien jinvolvi pistoli u splussivi.
Il-pulizija qalet li l-irġiel kienu qed jippruvaw jakkwistaw AK47s, bombi u materjali tal-isplussivi biex iwettqu l-attakk.
L-irġiel, li għandhom bejn 21 u 34 sena, kienu arrestati lbieraħ.
Tlieta minnhom kienu ġew arrestati fil-passat talli ppruvaw jivjaġġaw sabiex jingħaqdu ma’ militanti barranin.
Il-prosekuturi qalu li r-raġel fiċ-ċentru tal-grupp għandu 34 sena b’oriġini mill-Iraq, u li kien instab ħati fl-2017 talli pprova jivjaġġa biex jingħaqad mal-Istat Iżlamiku.