Fi stqarrija Transport Malta ħabbret li se tkun qed tagħmel xogħol estensiv ta’ manutenzjoni fi Triq il-Mina ta’ Hompesch Ħaż-Żabbar bejn illejla u l-Ħamis 6 ta’ April 2017, għalhekk din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku kif ġej:
Bejn il-Ħamis 30 u l-Ġimgħa 31 ta’ Marzu mis-7 ta’ figħaxija sal-5.30 ta’ filgħodu
Bejn il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu u s-Sibt l-1 t’April mis-6.30 ta’ filgħaxija sal-5.30 ta’ filgħodu
Bejn it-Tnejn 3 u l-Ħamis 6 t’April mit-8.30 ta’ filgħaxija sal-5.30 ta’ filgħodu
Is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi, jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.