Triq il-Kavallerija, fil-Marsa tinsab miftuħa mill-ġdid wara li ngħalqet temporanjament wara li fis-sigħat li għaddew trailer inqaleb bil-konsegwenza li kellha tingħalaq karreġġjata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ dalgħodu u b’xorti tajba ma’ weġġa’ ħaddd.
Fuq il-post dehru jassistu uffiċjali tal-Pulizija, tim mediku u għadd ta’ uffiċjali minn Transport Malta u LESA li għalqu l-karreġġjata fejn seħħ l-inċident. Apparti minn hekk, ħaddiema tal-Enemalta wkoll assistew minħabba li t-trailer għawweġ arblu tad-dawl tat-triq.
Għaldaqstant, il-pubbliku kien imħeġġeġ biex jevita ż-żona, li hi waħda traffikuża, hekk kif inħolqot konġestjoni konsiderevoli kawża tal-inċident.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/08/01083043/WhatsApp-Image-2024-08-01-at-08.22.08_fafbec0a-768x1024.jpg)