Erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn sitt vetturi fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Il-ħabta seħħet bejn trakk li kien qed iġorr gaffa, misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar u ħames vetturi oħra għall-ħabta ta’ 12:30. Il-vetturi nvoluti kienu Isuzu Elf, Ford Transit, Land Rover, BMW u Mercedes.
L-isptar ittieħdu mara ta’ 32 sena residenti l-Mellieħa li kienet qed isuq karozza tat-tip Mercedes, raġel ta’ 60 sena residenti l-Mellieħa li kien qed isuq karozza tat-tip BMW flimkien ma’ żewġ passiġġieri barranin. L-erba’ persuni ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku. Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.