Il-Pulizija qed tavża lis-sewwieqa biex isibu rotta alternattiva jekk ikunu fi triqthom lejn il-mini ta’ Ħal-Kirkop, dan hekk kif it-triq, direzzjoni lejn Ħal-Kirkop, ingħalqet għat-traffiku.
It-triq ingħalqet għat-traffiku hekk kif trakk li kien se jgħaddi minn taħt il-mina, laqgħet l-istess mina.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.