Ix-xogħol tal-proġett ta’ manutenzjoni tat-triq mad-dawra ta’ Buġibba u l-Qawra ser ikompli dallejl. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni u asfaltar ser ikompli fi Triq it-Trunċieri u f’Dawret il-Gżejjer, f’fażijiet differenti.
Ix-xogħol f’dawn il-partijiet tat-triq ser isir billejl bejn l-10.00 ta’ filgħaxija u t-8.00 ta’ filgħodu mil-lum sa nhar il-Ħamis 18 ta’ Mejju. Matul dawn l-erbat iljieli, dawn il-partijiet tat-triq ser ikunu magħluqa għat-traffiku. Inħeġġu s-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.