Għadd ta’ persuni bħalissa jinsabu maqbudin fit-traffiku dan hekk kif għadd ta’ toroq jinsabu magħluqin minħabba li l-aħħar tmien travi tal-ħadid li ser ikunu parti mill-pont u ser jitqiegħdu fuq il-kolonni tul il-flyover, qed jinġarru mill-Marsa sal-Kappara.
Persuni li jridu jevitaw li jinqabdu fit-traffiku għandhom jevitaw dawn it-toroq illi ġejjin hawn isfel
It-trejlers telqu minn Dock 7 il-Marsa fis-7.30 ta’ filgħaxija u bħalissa għaddejjin minn Triq il-Labour, Triq Aldo Moro, mill-bypass tal-Marsa-Ħamrun, mill-mini ta’ Santa Venera, Triq Reġjonali u Triq Mikiel Anton Vassalli. It-trejlers ser isuqu fuq il-karreġġjata tal-lemin tat-triq għax huwa iktar faċli biex jimmanuvraw. Dawn it-toroq ser ikunu magħluqa f’partijiet biex is-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi bl-inqas inkonvenjent.
Matul illejl tal-Ħadd 14 ta’ Mejju, il-ħaddiema ser ikomplu jiwweldjaw it-travi, għalhekk l-aċċess għall-Kappara mistenni jingħalaq mid-9.00 ta’ filgħaxija sa kmieni filgħodu fl-iljieli kollha bejn is-Sibt 13 u l-Erbgħa 17 ta’ Mejju 2017.
Il-pulizija u l-uffiċjali ta’ Transport Malta jinsabu fuq il-post biex jagħlqu t-triq kif meħtieġ u jiggwidaw lis-sewwieqa minn toroq alternattivi.
Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, u l-kuntrattur qed isegwu t-trejler matul ir-rotta kollha biex ikunu hemm f’każ ta’ bżonn.