Prosekutur Ġermaniż qal li għandu evidenza li Madeleine McCann, iċ-ċkejkna li għibet 13-il sena ilu fl-eta ta’ 3 snin, hija mejta. Huwa appella lil turisti Ingliżi biex jgħinu jiddentifikaw ir-residenzi li kien joqgħod fihom is-suspettat li s’issa huwa identifikat bħala Christian B.
Il-Prosekutur, Hans Wolters, qal illi l-Pulizija għandha bżonn aktar informazzjoni dwar fejn kien joqgħod is-suspettat sabiex il-pulizija tkun tista’ tfittex għall-katavru ta’ Madeleine. Huwa ammetta li għalissa għad ma hemmx biżżejjed provi biex is-suspettat jgħaddi ġuri.
Wolters jemmen li hemm vittmi oħra Ingliżi ta’ abbuż sesswali mis-suspettat, u għalhekk ħeġġiġhom biex imorru jirrapportaw għand il-pulizija.