It-tobba Ġermaniżi li qed jikkuraw lill-Kap tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny, fl-isptar ta’ Berlin, qalu li l-evidenza klinika turi li ġie vvelenat.
Madanakollu, it-tobba li kkurawh fir-Russja qalu li s-sustanza li għamlu referenza għaliha t-tobba Ġermaniżi, ma kinitx preżenti fl-eżaminazzjoni tagħhom.
Fil-fatt, it-tim ta’ tobba li kkurawh f’Omsk qalu li huwa għandu kundizzjoni metabolika frott livell baxx ta’ zokkor fid-demm.
Navalny ħassu ma jiflaħx meta kien fuq titjira interna fir-Russja l-Ħamis minn Tomsk għal Moska.
Qed ikun suspettat li l-velenu tpoġġa f’tazza te li ħa Navalny fl-ajruport f’Tomsk.