Il-Pulizija għandha fil-pussess tagħha evidenza mis-sistemi ta’ telekomnikazzjoni li setgħu intużaw mill-aħwa Alfred u George Degiorgio sabiex wettqu l-atttakk fuq il-blogger Daphne Carunana Galizia. Qed jiġi rrapurtat fil-midja li s-sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li allegatament il-Pulizija għadha informazzjoni li tgħaqqad lill-aħwa Degiorgio fil-qtil ta’ Caruana Galizia. Madankollu sa issa għadu ma instabx il-mottiv dwar il-qtil.
Skond l-istess sorsi l-informazzjoni li għandha il-Pulizija hija b’saħħitha ħafna u allegatament tkopri wkoll il-jien ta’ qabel u wara li seħħ id-delitt. L-informazzjoni tinkludi wkoll triangulation. Din l-informazzjoni tiġbor is-sinjali tal-mobiles kollha li kienu jinsabu fl-awkata tar-reat. Bis-saħħa t’hekk il-Pulizija saru jafu l-post, il-ħin ta’ meta saret it-telefonata u n-numru tal-mobile li bih saret it-telefonata li kkawżat l-isplużjoni.
Din l-informazzjoni li nġabret tista’ twassal għall-prosekuzzjoni tal-aħwa Degiorgio kif ukoll ta’ persuni oħra li ġew arrestati kmieni it-tlieta filgħodu f’diversi operazzjonijiet madwar Malta. Dawn l-operazzjonijiet saru permezz ta’ ħidma mill-Korp tal-Pulizija, Forzi Armati kif ukoll is-Servizzi tas-Sigurta’. L-investigazzjonijiet tmexxew mill-investigaturi Maltin bl- assistenza tal-Federal Bureau of Investigation u l-Europol fost l-oħrajn.
Fil-jiem ta’ wara l-qtil il-Prim Ministru kien spjega li l-FBI għandhom fost l-aqwa sistemi ta’ triangulation fid-dinja u kien għalekk li l-Gvern kien għamel kuntatt magħhom sabiex ikunu jistgħu jassistu fl-investigazzjoni. Mhux qed jiġi eskluż li din l-informazzjoni tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni li nġabret saret bis-saħħa tas-sistemi Amerikani.