Il-Kunsill Lokali Qrendi, b’kollaborazzjoni mar-Reġjun Punent u mal-Pastel Society of Malta qed itellgħu wirja tal-arti msejjħa Evergreen Art Exhibition fil-Kappella ta’ San Mattew, Pjazza tal-Maqluba, il-Qrendi.
Din il-wirja ser tiġi inawgurata mis-Sur David Schembri, Sindku tal-Qrendi.
Tlettax –il artist ser ikunu qed jieħdu sehem fejn bejniethom ser jesebixxu 25 kwadru. Dawn huma Mary Clare Albanozzo, Noel Ancilleri, Anthony Lucian Cauchi, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Michelle Layfield, Erika Chircop, Chris Bugeja, Ethelbert Perini, Grace Cassar, Martin Scicluna, Mario Sant and Lady Joanna Wallbank.
Il-media użata f’dawn il-pitturi jvarjaw minn żejt fuq it-tila, acrylic u soft pastel. It-tema ta’ din il-wirja hija n-natura u l-paesaġġ ta’ madwarna fejn ser jingħata perċentaġġ mill-bejgħ għal bżonnijiet tad-Dar Tal-Providenza tas-Siġġiewi.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt mill-4.30pm sat-8.00pm u fil-Ħdud mid-9.30am sa nofs inhar. Din il-wirja ser tibqa’ miftugħa sal-Ħadd 26 ta’ Novembru 2023. Id-dħul fil-Kappella ser ikun bla ħlas.