Bħalissa għaddejja ħidma ta’ evakwazzjoni medika minn dgħajsa tas-sajd Maltija bl-isem Salve Reġina. Dan qed iseħħ tletin mil-nawtiku mill-punent ta’ Għawdex.
L-evakwazzjoni qed issir wara li wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ, Indoneżjan, kellu inċidet u qata’ biċċa minn subgħajh.
Minn hawn u ftit ieħor se jmur ħelikopter għalih, l-iniżżlu l-air wing tal-Forzi Armati u minn hemm jittieħed l-isptar.