Il-Pulizija qiegħda tevakwa n-nies minn djar fi Triq Gioacchino Navarro wara suspett ta’ bomba ma’ karozza f’Ta’ Xbiex.
Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li fil-post waslu bosta uffiċjali mit-taqsima tal-isplussiv tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jispezzjonaw il-vettura li magħha allegatament twaħħlet il-bomba.
Iżjed dettalji fil-ħin li ġej.