Fil-ħin li ġej se ssir evakwazzjoni medika lejn Malta. Minn fuq bastiment Spanjol, dawk li għandhom bżonn l-għajnuna kellhom jaslu Malta fis-07:30. Sorsi informati qalulna li wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ tah attakk tal-qalb. Dan huwa raġel ta’ 38 sena, li huwa akkumpanjat minn infermiera li kienet abbord.